Kronaka
Il-Pulizija b’investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet fuq Silvio Valletta u Yorgen Fenech

Il-Pulizija qalet fi stqarrija li qed tinvestiga lill-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta.

Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija qal li fetaħ investigazzjoni minnufih, malli l-Ħadd li għadda sar jaf bir-rapporti fil-media li f’Settembru tal-2018 l-imprenditur Yorgen Fenech siefer mas-Sur Valletta biex jaraw partita futbol fl-Ingilterra. Is-Sur Valletta ċaħad li meta siefer ma’ Yorgen Fenech kien jaf bl-involviment tiegħu fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.

Rapporti oħra fil-media qalu li s-Sur Valletta mar ra partita oħra futbol ma’ Yorgen Fenech, il-finali tal-UEFA Champions League f’Mejju 2018 f’Kiev, l-Ukrajna. Sa dak iż-żmien, is-Sur Valletta kien għadu jmexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu ma baqax involut mix-xahar ta’ wara, b’deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali.

Il-Pulizija qalet li Silvio Valletta ssejjaħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn ġie mitkellem dwar l-allegazzjonijiet li qegħdin isiru. L-istqarrija tal-Pulizija kkonkludiet li l-investigazzjonijiet fil-konfront tas-Sur Valletta u fuq kull allegazzjoni li saret għadhom għaddejjin.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT (2): Diversi reazzjonijiet wara rapporti li Silvio Valletta siefer ma’ Yorgen Fenech

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Aktar