Il-Pulizija b’vidjo b’pariri siewja lit-turisti li jżuru Malta

Inizjattiva interessanti mill-Korp tal-Pulizija hekk kif illum niedew video clip ta’ madwar seba’ minuti li fih jagħtu diversi pariri lit-turisti li jkunu qegħdin iqattgħu l-btala tagħhom fil-gżejjer Maltin. Miġbud f’diversi bliet u rħula Maltin, f’dan il-filmat l-Ispettur tal-Pulizija Sharon Tanti tagħti diversi pariri lit-turisti li jistgħu jkunu utli għalihom matul il-waqfa tagħhom fi gżiritna.

Fost il-pariri li jingħataw hemm dak li dwar it-traffiku u biex joqogħdu attenti fejn iħarsu meta jiġu biex jaqsmu, biex ma jimxux taħt il-mini u ma jħallu xejn waħdu meta jkunu fuq il-bajjiet. Ma jonqosx parir liż-żgħażagħ biex ma jaqbżux minn fuq l-irdumijiet ta’ Kemmuna, fid-dawl tal-bosta inċidenti serji li seħħew fl-aħħar snin.

L-Ispettur twissi li huwa illegali f’Malta li n-nisa jixxemxu ‘topless’ u li l-irġiel joqogħdu żaqqhom barra, waqt li tfakkar li persuni taħt is-17-il sena ma jistgħux jikkonsmaw xorb alkoħoliku. Fuq kollox tappella biex it-turisti, l-aktar l-istudenti li jkunu f’pajjiżna jitgħallmu l-Ingliż iġibu rispett lejn il-Maltin biex jibżgħu għall-ambjent u ma jagħmlux storbju mal-lejl, la darba bosta minna rridu mbakkru kmieni filgħodu biex naqilgħu l-ħobża ta’ kuljum.

Appell ukoll biex ma jsiru ebda rapporti foloz għax kif tgħid l-Ispettur Tanti ‘honesty is the best policy’.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar