Barranin
Il-Pulizija f’Hong Kong jerġgħu jduru għall-gass tad-dmugħ

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks.

Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju Unit, li kien qed jinżamm arrestat minħabba t-tensjonijiet.

Din hija l-ewwel darba li l-pulizija użaw il-gass tad-dmugħ f’għaxart ijiem, wara numru ta’ dimostrazzjonijiet, li ħafna minnhom kienu paċifiċi.

S’issa m’hemmx sinjal li l-protesti kontra l-gvern se jieqfu, kważi tliet xhur mindu bdew.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar