Annimali
Il-Pulizija f’San Vinċenz jagħtu daqqa t’id żejda

Il-Pulizija stazzjonati llum f’San Vinċenz de Paul, li qed jassistu l-ewwel grupp ta’ votanti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, taw daqqa t’id żejda.

Fuq il-midja soċjali, l-NGO Animal Guardians Malta tellgħet ritratt b’turija ta’ apprezzament għal dak li għamlu uffiċjali tal-Pulizija li marru jagħtu daqqa t’id fil-ħin liberu tagħhom, fil-Cat Cafe tar-residenza.

L-uffiċjali xammru l-kmiem u għenu lill-voluntiera biex inaddfu l-post, jitimgħu u jilgħabu mal-qtates.

Il-Cat Cafe, ilu joffri kenn għal ‘il fuq minn 100 qattus għal dawn l-aħħar 3 snin u jintuża bħala ċentru ta’ terapija bl-għajnuna tal-annimali minn tfal bi bżonnijiet speċjali u l-anzjani.

Kull min jixtieq iżur il-Cat Cafe u jgħin lill-voluntiera jista’ jattendi l-Open Day fit-8 ta’ Ġunju mill-10:30 sas-14:30 jew jibgħat email fuq [email protected]

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fl-aħħar disa’ snin il-Kumpanija Green Pak permezz tal-Kampanja ”Nirriċikla għall-Istrina” għaddiet lill-Community Chest Fund is-somma ta’ aktar minn mitejn elf ewro. Il-pubbliku qed jerġa’ jintalab jiġbor it-tappijiet tal-plastik u jgħaddihom…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Aktar