Pulizija
‘Il-Pulizija huma qaddejja tar-Repubblika u tal-ebda poter ieħor’ – l-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li l-Pulizija huma qaddejja tar-Repubblika u tal-ebda poter ieħor. F’Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-206 anniversarju mit-twaqqif tal-korp, l-Arċisqof qal lill-pulizija li huma l-garanzija taċ-ċittadini li ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi.

Fl-okkażjoni tal-206 anniversarju mit-twaqqif tal-korp tal-pulizija, l-Arċisqof Charles J Scicluna qal li l-motto tal-Korp stess, Domine Dirige Nos qed jitlob lil Alla jmexxi Hu. L-Arċisqof qal li x-xogħol tal-Korp hu li jipprova jipprevjeni d-delitti u li jinvestiga bla ma jħares lejn l-uċuħ. Sostna li r-rwol tal-pulizija mhuwiex li jorbot idejh u jistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqu.

Fl-omelija l-Arcisqof qabbel ħidmet il-Korp mal-Pulizija mat-tixbieha tal-erba’ annimali (in-nagħaġ, l-ilpup, is-sriep u l-ħamiem) li Ġesù jsemmi fl-Evanġelju. Huwa qal li l-pulizija huma bħan-“nagħaġ qalb l-ilpup” li jiffurmaw parti minn familja kbira li qed tissielet biex tagħmel l-għażliet it-tajba. Ħeġġiġhom biex ikunu għaqlin bħas-sriep u safja bħall-ħamiem.

Kompla jgħid li s-safa tal-korp tal-pulizija tibda mill-għemil. Saħaq li l-pulizija huma qaddejja tar-Repubblika u tal-ebda poter ieħor. L-Arċisqof qallhom li huma l-garanzija taċ-ċittadini li ħadd mhu ‘l fuq mil-liġi. L-Arċisqof Scicluna ħeġġeġ biex issir analizi dwar jekk il-prinċipji tal-kodiċi tal-etika humiex jitħaddmu tajjeb u b’impenn. Temm jgħid li jitlob ħafna għall-pulizija għax iħares lejhom bħala garanzija tal-ordni fis-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar