Barranin
Il-Pulizija Ingliża b’appell b’rabta mal-attentat ta’ qtil fuq l-eks spija Russu u bintu

Il-Pulizija Ingliza, li qed tinvestiga l-attentat ta’ qtil fuq l-eks spija Russu u bintu, qed jappellaw lill-pubbliku ghal informazzjoni dwar karozza ħamra tat-tip BMW li ntużat miż-żewġ vittmi qabel l-attakk. Sergei Skripal u bintu Yulia pparkjaw il-karozza fiċ-ċentru ta’ Salisbury tliet sigħat qabel ma nstabu mitlufin minn sensiehom.

Sadanittant il-gvern Ingliż għadu qed jistenna risposta uffiċjali tar-Russja wara l-ultimatum tal-Prim MinistruTheresa May li wissiet b’sanzjonijiet kontra r-Russja jekk ma tagħtix spjega kredibli dwar l-attentat fuq Skripal u bintu.

Il-Ministru tal-Affarjiet Barraninn Russu Sergei Lavrov ċaħad li r-Russja hija involut kif implikat May. Huwa qal li r-Russja mhux ser tikkopera fl-inkjesta tal-awtoritajiet inglizi qabel ma’ Moska tingħata kampjun tas-sustanza li ntużat biex jiġu avvelenati Skipal.

Is-Segretarju għall-Affarjiet Barranin tar-Renju Unit, Borris Johnson laqa’ l-appoġġ ta’ pajjiżi oħra, fosthom l-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru May qalet li ser titkellem dwar il-każ mal-President Amerikan Donald Trump. Trump diġà qal li jqis l-analiżi li tar-Renju Unit li l-Russja kienet wara dan l-attakkk bħala “fatt”.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Franċiż Emmanuel Macron illum mistenni li jiltaqa’ mat-trade unions u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, bit-tama li jtemm darba għal dejjem ir-rewwixti f’Pariġi u fi bliet oħra tal-madwar. Macron se jkun qed…

Barranin

Kienet xena li xxokkjat lil eluf kbar ta’ nies madwar id-dinja dik li nqabdet fuq kamera tas-sigurtà fl-Istati Uniti iktar kmieni din il-ġimgħa. Raġel, liebes ġakketta bil-barnuża mtella’, jidher bilqegħda…

Barranin

Filmat miġbud bil-mobile qabad il-mumenti li fih sfrondat l-art ta’ diskoteka fl-Italja. L-inċidenti, li seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f’Ancona, ħalla 6 mejta u 120 feruti, 7 minnhom…

Barranin

Ben Hedger, tifel ta’ 8 snin minn Colchester irnexxielu jiskapula traġedja wara li ommu tatha puplesija waqt li kienet qed issuq. Lauren Smith, omm Ben, kienet qed issuq Ford Ka…

Aktar