Immigrazzjoni
Il-Pulizija jissejħu mill-ġdid fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi

Fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi kellhom jerġgħu jissejħu l-Pulizija llum wara nofsinhar.

TVM infurmat li grupp ta’ madwar għaxar immigranti ħebbew għal uffiċjal tas-Servizz ta’ Detenzjoni waqt li kien qed jitqassam l-ikel.

Is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata f’ħin qasir, waqt li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha għas-sigurtà tal-uffiċjali u l-immigranti.

Ara wkoll:

ARA: Protesta f’Ħal Safi – immigranti jitolbu l-libertà