Pulizija
Il-pulizija kollha se jkunu jistgħu jivvjaġġaw b’xejn fuq tal-linja

L-uffiċjali tal-Pulizija se jkunu jistgħu jivvjaġġaw b’xejn fuq ir-rotot tal-karozzi tal-linja kollha billi jużaw it-Tallinja Card tagħhom wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Malta Public Transport u l-Korp tal-Pulizija li ffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni bil-għan li jtejbu s-sigurtà pubblika u s-sigurtà fit-trasport pubbliku b’żieda fil-preżenza tal-pulizija.

Il-General Manager ta’ Malta Public Transport Konrad Pule qal li “permezz ta’ din l-inizjattiva mhux biss qed niffaċilitaw żieda fil-preżenza tal-pulizija fuq il-karozzi tal-linja tagħna imma wkoll qed noffru inċentivi li jsaħħu l-użu tat-trasport pubbliku bħala mezz ta’ vjaġġar li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent,” spjega Konrad Pulé, .

Min-naħa tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa sostna li “il-Korp tal-Pulizija u l-Malta Public Transport għandhom bażi komuni għas-servizz tal-pubblikuu din il-kollaborazzjoni formali, li hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha, se tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni eċċellenti bil-għan li ntejbu s-servizz tagħna lill-pubbliku”.