Barranin
Il-Pulizija mhux teskludi li tressaq akkużi kriminali b’rabta mal-qtil ta’ Halyna Hutchins

Il-Pulizija Amerikana mhux teskludi li tressaq akkużi kriminali b’rabta mal-qtil aċċidentali fuq is-sett tal-film Rust, fi New Mexico.

L-attur Alec Baldwin aċċidentalment qatel lid-Direttur tal-Fotografija, Halyna Hutchins u darab direttur fuq is-sett meta bi żball ħaseb li l-arma tan-nar li kien qed jispara ma kienx fiha balal.

Investigaturi kkonkludew li seta’ kien hemm kompliċità li kkontribwiet għall-inċident. Il-Pulizija qalet li għalissa qed tikkonsidra kollox u s’issa għadha mhi teskludi lil ħadd.

Sa issa l-Pulizija ġabret 600 oġġett bħala evidenza fosthom tliet armi tan-nar. Il-Pulizija kompliet tgħid li fuq is-set dakinhar li seħħ il-każ kien hemm mal-100 persuna u li l-arma messewha maż-żewġ persuni oħra qabel ma ġiet f’idejn Baldwin.