Kronaka
Il-Pulizija qed tinvestiga attentat ta’ serq fil-Qawra

Illum waranofsinhar il-Pulizija ssejħet biex tassisti fuq rapport ta’ attentat ta’ serq fil-Qawra.

Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Dawret il-Gżejjer ta’ San Pawl għall-ħabta tas-1.00pm.

Xhieda fuq il-post qalu li l-Pulizija dehru jeskortaw żagħżugħ lejn l-għassa.

Il-Pulizija qalet li l-każ għadu qed jiġi investigat.

Ritratt: TVM