Lokali
Il-Pulizija se jkollha aċċess għall-filmati tal-kameras ta’ Transport Malta

Il-Pulizija ser ikollha biċċa għodda oħra fil-ġlieda kontra l-kriminalità u biex tindokra s-sigurtà fit-toroq għaliex ser ikollha aċċess immedjat għal filmati tal-kameras li Transport Malta għandha f’diversi toroq ewlenin. Għal dan il-għan ġie ffirmat ftehim bejn il-korp tal-Pulizija u Transport Malta.

Issiġġilat ftehim ta’ koperazzjoni bejn Transport Malta u l-korp tal-Pulizija li permezz tiegħu l-investiment li Transport Malta qed tagħmel bis-sistema tal-informatika u l-kameras fit-toroq, ser tkun qed tgħin ukoll lill-Pulizija fil-qadi ta’ dmirijietha.

Il-ftehim ġie ffirmat fil-control room ta’ Transport Malta minn fejn permess ta’ kameras fit-toroq jiġi segwit it-traffiku f’diversi bnadi ta’ Malta. ll-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u ċ-Chairman tat-Transport Malta Joseph Bugeja ffirmaw il-ftehim fil-preżenza tal-Ministru tal-Intern Michael Farrugia u l-Ministru tat-Transport Ian Borg.

Is-sur Bugeja qal li Transport Malta għaddejja bi programm ta’ investiment biex tissorvelja t-toroq biex timmaniġġja l-konġesjoni tat-traffiku u jittieħdu passi immedjati meta minħabba xi inċidenti jew raġunijiet oħra t-traffiku jeħel, b’detriment għas-sewwieqa u b’mod aktar wiesgħa anke għall-ekonomija tal-pajjiż.

Kemm il-Ministru Borg kif ukoll il-Ministru Farrugia qalu li dan il-ftehim ser jgħin biex il-pajjiż ikun aktar sigur għax ir-riżorsi f’entitajiet differenti ser jintużaw b’aktar effiċjenza filwaqt li ser tissaħħaħ idejn il-Pulizija kontra l-kriminalità. Qalu li dan il-ftehim huwa eżempju kif entitajiet pubbliċi qed jaħdmu flimkien biex ma jsirx xogħol doppju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Terry Jones; storiku u artist, magħruf l-iktar għas-serje televiża Monty Python and the Flying Circus. Terry Jones miet ta’  77 sena, wara li għall-aħħar erba’ snin kien…

Politika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ttermina b’effett immedjat il-kuntratti kollha ta’ konsulenza li kellha għal dawn l-aħħar snin persuna fi ħdan l-istess ministeru. Dan wara li rriżulta minn investigazzjoni…

Qorti

Sewwieq li rrifjuta l-ordni tal-Pulizija li jagħmel test tan-nifs għall-alkoħol x’aktarx ħaseb li ħelsiha ħafif, wara li ħareġ ’il barra bid-daqq mill-Qorti tal-Maġistrati. F’Ottubru li għadda Wayne Portelli ta’ 29…

Politika

Il-Kamra tal-Kummerċ din il-ġimgħa qalet li b’mod kawt qed tilqa’ d-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru l-ġdid, Robert Abela, li qalet qed jimplimenta proposti li ressqitlu hi stess b’rabta mal-governanza tajba. Fi stqarrija…

Aktar