Lokali
Il-Pulizija se tibda toħroġ il-provi kontra l-Fulu, iċ-Ċiniż u l-Koħħu

Nhar il-Ħamis li ġej il-Pulizija se tibda toħroġ il-provi kontra Alfred Degiorgio, George Degiorgio u Vincent Muscat. Dan hekk kif se tibda l-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech nhar il-Ħamis 14 ta’ Diċembru fid-9am.

It-tliet irġiel qed ikunu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Caruana Galizia nqatlet nhar is-16 t’Ottubru b’karozza bomba.

George Degiorgio magħruf bħala ‘Il-Fulu’, Alfred Degiorgio magħruf bħala ‘Iċ-Ċiniż’, u Vincent Muscat magħruf bħala ‘Il-Koħħu’ tressqu l-Qorti nhar it-Tlieta li għadda fejn wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

It-tliet irġiel ġew arrestati flimkien ma’ 7 oħra, madankollu s-7 persuni l-oħra ngħataw il-police bail. Huma ġew arrestati waqt operazzjoni konġunta bejn il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, u s-Servizzi Sigrieti.

Ara wkoll:

ARA: Il-Fulu, iċ-Ċiniż u l-Koħħu jwieġbu mhux ħatja tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

AĠĠORNAT: Jitilgħu għal 10 l-Maltin arrestati fuq suspett bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar