Il-Pulizija tagħmel raids fl-uffiċċji tal-HSBC fl-Isvizzera

Il-Pulizija Svizzera qed tagħmel raids f’sussidjarja f’Ġinevra tal-bank HSBC bħala parti minn allegat każ ta’ ħasil ta’ flus.

Prosekuturi qalu li qed jinvestigaw lil HSBC Private Bank (Suisse) SA u persuni mhux magħrufa fuq suspett aggravat ta’ ħasil ta’ flus.

Fi stqarrija qalu li l-investigazzjoni tista’ titwessa’ biex tinkludi persuni suspettati li kkomettew jew ipparteċipaw fil-ħasil ta’ flus.

HSBC qal li qed jikkopera mal-awtoritajiet Svizzeri.

Dan ir-raid qed isir ftit aktar minn ġimgħa wara allegazzjonijiet li din il-fergħa għenet klijenti minn madwar id-dinja jevadu t-taxxa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Barranin

British Airways ammettiet li għamlet żball meta avżat lill-passiġieri li t-titjiriet tagħhom kienu tħassru, u li qaltilhom biex jerġgħu jibbukkjaw. Uħud mill-passiġġieri qalu li kienu konfużi hekk kif it-titjiriet, li…

Kurżitajiet

Raġel f’Ibiza li qabeż minn irdum ħa sorpriża kerha meta ta s-salt għal ġol-baħar. Huwa ħareġ fuq blata spuntata ‘l barra biex jipprova jaqbeż għal rasu b’lura, waqt li sħabu…

Barranin

Koppja żagħżugħa minn Texas tilfu ħajjithom traġikament minuti biss wara li kienu kif għadhom kemm iżżewġu. L-inċident seħħ malli telqu miċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom meta l-karozza li kienu fiha ħabtet ma’…

Aktar