Barranin
Il-pulizija Taljana tarresta 4 irġiel fuq stupru ta’ żewġ tfajliet Ingliżi

Il-pulizija Taljana arrestat erba’ rġiel li għandhom bejn 19 u 23 sena fin-naħa t’isfel tal-Italja, b’rabta ma’ stupru ta’ żewġ tfajliet Ingliżi.

Il-pulizija qalet li t-tfajliet ċemplulhom għall-ħabta tat-3.30 a.m. nhar it-8 ta’ Settembru u qalulhom li ftit wara nofsilejl ġew attakkati minn grupp ta’ rġiel.

L-allegat stupru seħħ f’Marconia di Pisticci waqt festin f’villa.

It-tfajliet marru l-isptar.

Il-pulizija qalet li l-attakk kien wieħed brutali u kattiv.

Erba’ rġiel oħra ukoll qed jiġu nvestigati mill-pulizija dwar il-każ.

Il-pulizija qalet li t-tfajliet qalu li l-ewwel kienu avviċinati minn tnejn mill-irġiel li qed jiġu nvestigati, u li ma kinux jafuhom.

Wara kienu avviċinati minn rġiel oħra waqt il-festin u approfittaw mill-fatt li t-tfajliet kienu qed jixorbu.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Raġel ta’ 57 sena li joqgħod Birkirkara weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fin-Naxxar dalgħodu. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq is-Salini għall-ħabta tal-11.30am. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Aktar