Lokali
It-Taljan Emanuele Rebora m’għadux imfittex mill-Pulizija

It-Taljan Emanuele Rebora m’għadux qiegħed jiġi mfittex mill-Pulizija. Rebora li għandu 36 sena kien fost grupp ta’ ħames persuni mfittxija mill-Pulizija bil-għan li jitressqu l-qorti.

Il-persuni l-oħra li għadhom imfittxija mill-Pulizija huma Andres Felipe Quimbaya Nieto, Spanjol ta’ 23 sena, Emmi Amanda Kumpulainen, Finlandiża ta’ 21 sena, Habte Mariam Tsegethans, Eritrean ta’ 31 sena, u Ibrahim Yassine, Libjan ta’ 40 sena.

Fi stqarrija li fiha tat aġġornament dwar it-tfittxija li qed issir għall-irġiel, il-Pulizija qalet li Rebora m’għadux imfittex u tat ħajr lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.