Kronaka
Il-Pulizija tarresta 20 persuna oħra li nqabdu bid-droga waqt attività fir-Rabat

Żagħżugħ Irlandiż u ieħor minn San Ġwann mistennija jitressqu l-Qorti mixlija bi traffikar ta’ droga kokaina, ectasy u MDMA.

Iż-żewġ żgħażagħ kienu fost għoxrin persuna ta’ bejn l-20 u l-34 sena li ġew arrestati l-lejl li għadda waqt li l-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga għamlu tfittxijiet għall-għarrieda fost dawk li kienu qed jattendu party f’Ta’ Qali.

L-Irlandiż instab fil-pussess ta’ 66 pakkett bil-kokaina, waqt li r-raġel minn San Ġwann kellu sitt pilloli ecstasy, żewġ pakketti bl-MDMA u pakkett kokaina.

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u wħud mill-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ara wkoll:

Jitressqu l-Qorti 3 minn 25 persuna li nqabdu bid-droga fi stabbiliment fir-Rabat

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar