Kronaka
Il-pulizija tarresta r-raba’ persuna fl-investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-arrest aktar kmieni din il-ġimgħa tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Huwa spjega li fil-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta, il-pulizija arrestaw erba’ min-nies u ġew elevati xi dokumenti minn diversi postijiet fejn saru tfittxijiet.

Is-Sur Gafà spjega li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, bl-erba’ persuni arrestati jinsabu fuq police bail għal perjodu ta’ tliet xhur li jista’ jiġi estiż.

Mistoqsi jekk l-investigazzjoni saritx tard wisq, is-Sur Gafà wieġeb li l-investigazzjonijiet qatt ma waqfu, hekk kif kien hemm inkjesta komprensiva u dettaljata.