Lokali
Il-Pulizija tarresta raġel b’rabta ma’ tpinġijiet ta’ graffiti ma’ diversi binjiet fil-Belt Valletta

Il-Pulizija arrestat raġel Taljan ta’ 37 sena residenti s-Swieqi b’rabta ma’ diversi tpinġijiet ta’ graffiti ma’ diversi binjiet fil-Belt Valletta

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin, akkużat b’diversi reati fosthom ta’ ħsara volontarja.

Il-Pulizija qalet li tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku tal-koperazzjoni tiegħu dwar dan il-każ.

Fil-ġranet li għaddew filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kien juri raġel jivvandalizza ħajt.

Huwa jidher jieqaf u jħares madwaru, qabel ma joħroġ bott spray u jħażżeż bih mal-ħajt.

Ara wkoll:

ARA: Jinqabad fuq filmat jivvandalizza ħajt fil-Belt

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar