Lokali
“Il-Pulizija teħtieġ l-għajnuna tal-awtoritajiet investigattivi internazzjonali” – l-Alternattiva Demokratika

L-Alternattiva Demokratika qalet li tinsab inkwetata b’dak li seħħ ilbieraħ filgħaxija u tenniet is-sejħa li l-Pulizija Maltija teħtieġ l-għajnuna tal-awtoritajiet investigattivi internazzjonali, fosthom skwadra investigattiva, flimkien mal-Interpol u kooperazzjoni mal-FBI.

Alternattiva qalet li l-kazi relatati mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huma prova fundamentali għad-demokrazija Maltija li ma tistax ma tintrebaħx.