Kronaka
Il-Pulizija tfittex kompliċi fil-każ tal-kuntrabandu tas-sigaretti

Raġel tressaq il-Qorti u l-pulizija qed tfittex min kien kompliċi miegħu f’każ ta’ kuntrabandu ta’ iktar minn miljun u nofs sigarett bil-kuntrabandu. James Azzopardi ta’ 29 sena minn San Pawl il-Baħar ġie mixli fost l-oħrajn b’evażjoni ta’ kwart ta’ miljun ewro f’dazju, sisa u VAT. Azzopardi li ċaħad l-akkużi kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ tliet elef ewro u garanzija personali ta’ ħamest’elef ewro.

Il-każ żviluppa l-Ħamis li għadda kmieni filgħodu fl-inħawi tal-Veċċja f’San Pawl il-Baħar wara li l-pulizija interċettat lil Azzopardi waqt li kien qed iħott ammont konsiderevoli ta’ sigaretti minn dgħajsa u jgħabbihom f’vann. B’kollox kien laħaq ħatt mal-miljun sigarett – 40,000 pakkett.

Għalkemm il-pulizija rnexxielha tarresta lil Azzopardi fuq il-post, min kien qed isuq id-dgħajsa laħaq ħarab ‘il barra mix-xatt.

Id-dgħajsa li hija reġistrata fuq isem James Azzopardi, instabet marbuta ma’ baga f’nofs il-bajja tax-Xemxija lbieraħ filgħaxija mimlija b’iktar kaxxi tas-sigaretti tal-kuntrabandu. Huwa mifhum li fuq id-dgħajsa 28,500 pakkett ieħor ta’ sigaretti bil-kuntrabandu. Id-dgħajsa issa tinsab f’idejn l-awtoritajiet td-Dwana wara li ġiet skortata minn Patrol Boat tal-Forzi Armati lejn Ras Ħanżir. Il-pulizija għadha qed tfittex lil persuna li kien qed isuq id-dgħajsa.

Id-Dwana qalet li l-qabda ta’ miljun sigarett bil-kuntrabandu li laħqu tniżżlu l-art il-Ħamis filgħaxija f’San Pawl il-Baħar kellha valur fis-suq ta’ aktar minn €81,500.

Ara wkoll:

Tinstab abbandunata fix-Xemija l-powerboat li ħarbet b’sigaretti tal-kutrabandu

 

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar