Internet
Il-Pulizija tħarreġ ħaddiema ta’ kumpaniji kif ma jaqgħux għall-‘phishing’

Fid-dawl taż-żieda ta’ attakki fuq l-internet, is-Cyber Crime Unit tal-Pulizija qed tagħmel kampanja b’sessjonijiet ta’ taħriġ lil numru ta’ kumpaniji dwar kif jevitaw li jispiċċaw vittmi.

Ma’ TVM, l-Ispettur Sergio Pisani qal li l-attakki, hekk imsejħa ‘phishing’, normalment joriġinaw mill-kumpaniji stess billi l-kriminali jiksbu mingħandhom informazzjoni ta’ valur, bħan-numri tal-karti tal-kreditu jew tal-kontijiet, passwords u dettalji tal-login, li lkoll jistgħu jintużaw biex insterqu l-flus.

Il-problema tant saret komuni, li mat-tmien miljun persuna kuljum jispiċċaw vittma ta’ phishing’ madwar id-dinja.

L-attakk fuq is-sistema tal-Bank of Valletta fi Frar illi għadda, meta kienu laħqu nsterqu mat-€13-il miljun, seta’ oriġina min dak li jissejjaħ ‘phishing attack’.

L-Ispettur Sergio Pisani qal li dan x’aktarx seħħ wara li xi ħadd irċeva email li mad-daqqa t’għajn dehret mibgħuta minn sors li torbot fuqu, iżda fil-verità kien intbagħtet min grupp kriminali.

“Mela hija persuna li fetħet il-bieb lil dawn il-kriminali sabiex jiddepożitaw is-software tagħhom fis-sistema, billi waqgħet għal phishing attack. Avolja jinstema’ bħala ammont kbir li ttieħdu bħala flus, konna pajjiż li ndunajna mill-ewwel wara vera ftit ħin li qed isir attakk,” qal l-Ispettur.

L-Ispettur Pisani qal li l-internet huwa bieb ta’ ħafna opportunitajiet, huwa wkoll għodda li tista’ tintuża mill-kriminali, saħansitra f’attakk transnazzjonali.

“Kull minuta jintbgħatu 188 miljun email. 80,000 persuna jaqgħu vittmi ta’ ‘phishing attacks’. Il-kriminali qed jużaw dan bħala l-arma tagħhom fejn l-għan tal-email ikun li jinganna lir-reċipjent, li jaħseb li hija email li qed jistenna jew li għandu bżonn.”

L-Ispettur Pisani sostna li għexieren ta’ Maltin kuljum qed jispiċċaw vittmi ta’ dawn l-attakki. “Huwa kkalkulat li sas-sena 2021 l-intrapriżi kriminali se jkunu qed idaħħlu sitt triljun dollaru fis-sena minn dan l-aġir. Hija sfortuna li Malta għandna numru sostanzjali ta’ nies li qed jaqgħu vittmi ta’ dawn l-attakki, u għalhekk il-pulizija Maltija qed tagħmel minn kollox sabiex innaqsu dad-distakk li qed tindka n-Nazzjonijiet Magħquda, li 97% mhumiex kapaċi jiddistingwu dan l-attakk.”

L-Ispettur Pisani qal li jekk xi ħadd jirċievi email u tkun suspettuża, jista’ jagħmel l-ewwel verifika billi jikklikkja fuq l-isem ta’ min ikun bagħtha biex jara aktar dettalji dwaru. Jekk xi ħadd ikun waqa’ vittma, immedjatament għandu jinforma lill-bank u jagħmel rapport lill-pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar