Kronaka
AĠĠORNAT: Il-Pulizija tiċħad li Ferris ġie mhedded b’arrest – l-avukat tiegħu jippubblika l-mandat t’arrest

Il-Korp tal-Pulizija ċaħad li l-investigaturi heddew lil Jonathan Ferris li se jiġi arrestat.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li qed tinvestiga għadd ta’ konklużjonijiet li ħarġu mill-inkjesta dwar Egrant. Dan wara li l-Maġistrat Aaron Bugeja għalaq l-inkjesta relatata mal-każ Egrant u bagħat l-istess rapport lill-Avukat Ġenerali u ordna biex tingħata kopja lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga għadd ta’ konklużjonijiet u jesegwixxi ordnijiet oħra li l-istess Maġistrat għamel fir-rapport.

Il-Korp tal-Pulizija qal li bħala parti mill-investigazzjonijiet li ntalab jagħmel, Jonathan Ferris ġie msejjaħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex ikun interrogat fuq il-każ. Spjegat li t-talba saret permezz ta’ telefonata u li Ferris ingħata ġurnata u ħin biex issir l-interrogazzjoni u ntalab li jieħu avukat tal-fiduċja tiegħu, iżda huwa għaraf lill-investigaturi li l-avukat tal-fiduċja tiegħu kien imsiefer.

Żied jgħid li s-Sur Ferris ingħata l-opportunitajiet kollha biex jieħu avukat ieħor jew jingħata appuntament ieħor konvenjenti għalih. Madankollu skont il-Korp tal-Pulizija, li kien Ferris innifsu li ssuġġerixxa lill-investigaturi li “jekk inhi daqshekk urġenti oħorġu mandat u ma nistax ngħidilkom mod ieħor”.

Żied jgħid li l-konverżazzjoni permezz ta’ ħames telefonati, li erbgħa minnhom għamilhom Ferris stess lill-Pulizija, huma kollha rrekordjati u fl-ebda ħin Ferris ma ġie mhedded.

Il-Korp saħaq li fl-ebda ħin l-investigaturi ma heddewh li kien se jiġi arrestat kif ġie allegat.

Sadanittant, ftit wara l-istqarrija tal-Pulzija, wieħed mill-avukati ta’ Jonathan Ferris, id-deputat Nazzjonlista Jason Azzopardi, fuq is-siti soċjali kiteb li l-istqarrija maħruġa mill-Pulizija hija malizjuża, mhux veritiera u qarrieqa.

Dr Azzopardi ppubblika l-mandat t’tarrest li ħareġ 48 siegħa qabel is-Sur Ferris mar id-depot għall-interrogazzjoni u allega li l-Pulizija m’għandhomx joħorġu stqarrijiet foloz biex jaħbu l-aġenda tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar