Kronaka
Il-Pulizija twaqqaf il-mara li qajmet suspett f’għadd ta’ rħula

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż.

TVM infurmat li l-mara, li x’aktarx hija mil-Lvant tal-Ewropa, twaqqfet mill-Pulizija fi Triq il-Merkanti fil-Belt għall-ħabta tat-8.00 tal-lejla, u se tinżamm biex tgħin fl-investigazzjoni.

Bosta persuni qalu li raw lill-mara ddur kontinwament fl-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż. Xi kultant tħabbat il-bibien, drabi oħra tidħol fil-ħwienet jew inkella twaqqaf lin-nies barra.

Skont ir-rapporti tan-nies, din il-mara kienet qed tittallab jew inkella tipprova tbigħ xi oġġetti, fosthom ċappetta tad-deheb. L-iktar fattur li qajjem suspett, iżda, kien li din allegatament bdiet tieħu r-ritratti tal-faċċati u l-bibien tan-nies.

Fl-aħħar jiem hija ntlemħet fir-Rabat (Malta), f’Birkirkara u l-Għadira.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar