Lokali
L-arloġġ tad-Daniża maqtula f’Għawdex tfaċċa f’Londra – ħjiel ġdid għall-Pulizija

Żvilupp fil-każ tal-qtil ta’ anzjana fis-sajf tal-2015 f’Għawdex. Il-Pulizija rċeviet tagħrif li l-arloġġ ta’ valur li kienet liebsa d-Daniża meta nqatlet instab f’ħanut f’Londra. Dan kien fost l-affarijiet personali tal-mara li baqgħu ma nstabux, fost suspetti li l-mara ntqalet biex tinsteraq.

Iċ-ċentru tal-aħbarijiet hu infurmat li għaddejjin kuntatti mal-Pulizija Ingliza biex investigaturi Maltin jitilgħu Londra u jitkellmu mal-persuna li ħadet l-arloġġ fil-ħanut għat-tiswija. Il-Pulizija trid tistabilixxi kif din il-persuna kisbet l-arloġġ, dettall li jista’ jkun kruċjali biex jissolva d-delitt.

Krew ta’ Television Malta żar Hatton Garden f’Londra, fejn hemm numru ta’ stabbilimenti tal-gojjelerija u ndaga l-proceduri li hemm fis-sehh dwar oggetti prezzjuzi misruqa.

Arloġġ tad-ditta “Rolex” li kienet l-liebsa l-anzjana Daniża, Vera Holm, meta nqatlet sentejn u nofs ilu f’Għawdex tfaċċa f’Londra. L-arloġġ kien fost oġġetti li nstabu nieqsa minn fuq il-kadavru tad-Daniża fost suspett li nsterqu. L-anzjana kienet għal btala f’Għawdex ma qrabatha u nstabet maqtula f’Lulju 2015 f’wied fil-limiti tar-Rabat.

Il-Pulizija f’Malta ġiet infurmata bis-sejba tal-arloġġ misruq mill-Pulizija Ingliża wara li dan ittieħed f’ħanut. Il-Pulizija Ingliża ġiet mgħarrfa bis-sejba tal-arloġġ minħabba prassi fir-Renju Unit, li kull arloġġ ta’ valur li jasal f’ħanut tal-ġojjelerija irid jigi mqabbel mar-reġistru tal-arloggi misruqa. Dan isir permezz tas-serial number li jkollu arloġġ.

Television Malta mar Hatton Garden, f’Londra fejn hemm dawn il-ħwienet tal-ġojjellerija. Id-direttur maniġerjali ta’ waħda mill-kumpaniji li għandha dawn ir-reġistri, Katya Hills, spjegat il-verifiki ta’ sigurtà li jsiru mill-ħwienet tal-ġojjellerija fuq oġġetti prezzjuzi.

“When someone checks our database, if we locate the stolen item with them, we ask them to hold onto the item securely, so that then we make sure that it does not get lost again in the market. We then inform the police force or the insurance company, and we will assist them in returning the watch to the rightful owner,” spjegat Hills.

Katya Hills spjegat li jeżistu diversi reġistrati tal-arloġġi rappurtati misrqua jew nieqsa. “Databases are held by every major manufacturer internally, so Rolex, Omega, Cartier, Breitling, will hold registers of stolen watches that have been reported by police forces and theft victims from around the world, then there are private databases which are compiled in a similar way but consists of all different brands and we receive loses from insurance comapnies and police forces, and we work internationally to record loses and assist the police in recovering them.”

Dan huwa l-proċess li bih jiġu identifikati l-arloġġi misruqa, u dawk li jkunu fil-pusses tagħhom. Dan jaf ikun ta’ għajnuna kbira għall-Pulizija Maltija, fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Vera Holm.

Television Malta jinsab infurmat li għaddejjin kuntatti bejn il-Pulizija Maltija u dik Ingliża biex investigaturi Maltin jitilgħu r-Renju Unit ikellmu lill-persuna li marret f’ħanut bl-arloġġ tad-ditta “Rolex”, li mill-verifiki mar-reġistri rriżulta li kien tal-anzjana li nqatlet Għawdex. B’dan l-iżvilupp, il-Pulizija tittama li tidentifika l-id tal-qattiel.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ħadd 23 ta’ Settembru, 2018 The Malta Independent Timmarka d-demostrazzjoni li saret kontra l-vjolenza domestika fil-Belt Valletta. Rapport ieħor jgħid li dawk li jaħdmu…

Televiżjoni u Radju

Lejn tmiem is-snin 30 l-awtoritajiet Taljani fil-Libja kienu konvinti li l-Maltin ta’ Tripli kienu qed jibagħtu żgħażagħ mill-komunità tagħhom lejn Malta biex jidħlu fl-armata Ingliza. Aktar minn hekk, l-awtoritajiet Taljani…

Renju Unit

Meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Maltin, li ilhom jgħixu fir-Renju Unit għal tal-inqas ħames snin se jkunu intitolati għal dokument ġdid ta’ residenza msejjaħ settled…

Aktar