Kronaka
Il-Pulizija tissejjaħ fuq argument għax klijent daħal fil-ħanut bil-kelb

Il-Pulizija llejla ssejħet biex tassisti f’argument li nqala’ f’ħanut tal-logħob max-xatt f’Ta’ Xbiex.

Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tas-6.00 tal-lejla, fejn għall-ewwel ir-rapport kien dwar attentat ta’ serqa.

Meta l-Pulizija tal-RIU marru fuq il-post iżda sabu sitwazzjoni oħra, fejn ħareġ li kien inqala’ argument minħabba li klijent daħal fil-ħanut tal-logħob bil-kelb, u allegatament irrifjuta li joħroġ barra minħabba fih.

Il-Pulizija qalet li s-sitwazzjoni ġiet ikkalmata u dawk involuti ttieħdu f’polyclinic għal xi ġrieħi żgħar li seta’ kellhom.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Lokali

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema…

Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

Aktar