Politika
Uffiċjali jimplikaw lil Keith Schembri b’rabta mal-impjieg ta’ Melvin Theuma

Wara x-xhieda ta’ Melvin Theuma fil-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa, fl-aħħar sigħat il-Pulizija kellmet diversi uffiċjali fl-investigazzjoni tagħha dwar l-impjieg finta tal-istess Theuma.

Sorsi li tkellmu ma’ Television Malta qalu li l-uffiċjali li ġew mitkellma mill-pulizija dwar l-impjieg finta ta’ Melvin Theuma, implikaw li l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, għamel pressjoni biex Theuma jingħata impjieg.

Il-pulizija fetħet investigazzjoni dwar miżapproprjazzjoni, wara li Theuma żvela fix-xhieda tiegħu fil-Qorti li kien ingħata imppjieg mal-gvern fl-2017 u kien jitħallas mingħajr qatt ma mar għax-xogħol. Jirriżulta li l-impjieg tiegħu ġie terminat wara erba’ xhur.

TVM jinsab informat li l-Ispettur Nikolas Vella li qed imexxi din l-investigazzjoni sejjaħ diversi persuni fosthom lil Tony Muscat l-eks Kap Eżekuttiv tal-kumpanija tal-Gvern Housing Embellishment and Maintenance fejn Melvin ingħata l-impjieg, Anthony Ellul, iċ-Chairman tal-bord tal-Kumpanija, u lil Sandro Craus il-Kap tal-Customer Care tal-Gvern.

Sorsi li tkellmu ma Television Malta żvelaw li l-eks Kap Eżekuttiv Tony Muscat allega li kien l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, li għamel pressjoni fuqu sabiex Theuma jingħata l-impjieg.

Anthony Ellul qal li ma jiftakarx id-dettalji tal-każ, filwaqt li Craus saħaq mal-investigaturi li huwa daħal fl-istorja meta Keith Schembri għajjatlu biex jitla’ fl-Uffiċċju tiegħu waqt il-laqgħa li kellu ma’ Theuma.

Ara wkoll:

Keith Schembri msejjaħ fid-depot b’rabta mal-impjieg ta’ Melvin Theuma

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnal tal-lum, il-Ħadd 9 ta’ Awwissu 2020. Times of Malta Storja fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta tgħid li aġent tax-shipping Malti huwa…

COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Aktar