Pulizija
Il-Pulizija twissi dwar frodisti li qed jitolbu €1.88 għaċ-ċertifikat tat-tilqima

L-aħħar mod kif frodisti qed jippruvaw jieħdu l-flus permezz ta’ ‘scam’ jinvolvi ċ-ċertifikat tat-tilqima tal-Covid magħruf ukoll bħala l-‘vaccine certificate passport’.

Il-persuni li qed jispiċċaw fil-mira ta’ dan it-tentattiv ta’ frodi qed jintalbu jħallsu €1.88 għal dan il-“passaport”.

Huma qed jintalbu wkoll idaħħlu l-metodu tal-pagament kif ukoll id-data meta tiskadi l-‘card’ li biha jiġu mħajjra jħallsu.

Il-Pulizija ħarġet twissija fejn qed ifakkru lin-nies li ċ-ċertifikat tal-vaċċin huwa bla ħlas u li l-awtoritajiet tas-saħħa mhux jitolbu dettalji bankarji.