Pulizija
Il-Pulizija twissi lin-nies biex ma jgħaddux minn ħdejn din il-gallarija

Il-pulizija tal-komunità tal-Mellieħa qed iwissu lin-nies biex ma jgħaddux minn ħdejn gallarija minħabba li tista’ taqa’ jew jaqgħu biċċiet minnha.

Il-gallarija tinsab fi Triq il-Marfa u għandha l-bieb tal-garaxx u dawk tal-gallarija miżbugħin ċelesti.

Huma għamlu l-police tape quddiem il-binja biex in-nies la jgħaddu minn fuq il-bankina u lanqas jipparkjaw ħdejha.

Il-pulizija qalu li sid il-post kien ikkuntattjat sabiex jieħu l-azzjoni li hemm bżonn biex jitneħħa l-periklu.