Barranin
Il-Qatar miexi lejn rekord bħala l-iżgħar pajjiż li qatt organizza t-tazza tad-dinja

Il-Qatar miexi biex jistabilixxi rekord ġdid bħala l-iżgħar pajjiż li qatt organizza t-tazza tad-dinja, anke jekk il-klima sħuna tal-Qatar u l-fatt li m’għandux tradizzjoni kbira tal-futbol jagħmlu din il-missjoni iktar diffiċli. Ser ikun ukoll l-ewwel pajjiż Għarbi li jorganizza din il-festa tal-futbol.

Kif jgħid il-Malti, bil-flus tagħmel triq fil-baħar u l-Qatar huwa magħruf għal dan kemm bi proġetti ambizzjużi ta’ reklamazzjoni tal-art u issa bir-rankatura li biex jibni 9 stadiums ultra moderni għal world cup tal-2022 li ħafna minnhom lesti jew kważi lesti.

Dan il-pajjiż ċkejken fil-Golf Għarbi li l-popolazzjoni tal-Qatar hija inqas minn ta’ Malta, kapaċi jagħmel l-għeġubijiet, kif turi fost oħrajn l-arkitettura rikka taċ-ċentru finanzjarju tal-Kapitali Doha, l-ajruport ultra modern u l-linja tal-ajru Qatar Airways, li tħabbatha mal-aqwa linji tal-ajru fid-dinja. Din qed tagħmel lil Doha ċentru ta’ vjaġġjar b’titjiriet lejn il-kontinenti kollha b’160 destinazzjoni, fosthom Malta.

Din l-oasi ta’ progress fid-deżert għandha l-faxxinu tagħha bi storja rikka, attrazzjonijiet naturali, mhux l-inqas id-deżert u l-mużew nazzjonali modern u interattiv, li jagħmlu xempju tal-mużewolġija.

Il-Qatar huwa meqjus min-Nazzjonijiet Magħquda bħala fost l-aktar pajjiżi avvanzati fl-iżvilupp uman fid-dinja Għarbija, b’investimenti kbar fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni, fost oħrajn. Dan kien possibbli għax il-Qatar huwa sinjurun b’mod sproporzjonat, tant li ċ-ċittadini lanqas biss iħallsu taxxa u l-gvern jista’ jiffinanzja proġett tal-ħolma mid-dħul mill-esportazzjoni tal-gass naturali.

Bis-saħħa t’hekk bena infrastruttura moderna u kompla jsir għani għaliex għaraf ikun pajjiż kosmopolitan b’ħaddiema barranin minn kull rokna tad-dinja li jgħoddu żewg miljuni u tlett mitt elf, seba’ darbiet aktar miċ-ċittadini tal-Qatar.

Fi żjara li għamilna fil-Qatar stajna nammiraw il-progress ta’ dal-pajjiż, iżda osservajna wkoll li d-drittijiet tal-ħaddiema barranin ma jipparagunawx mad-dritt li jgawdu ċ-ċittadini tal-post, waqt li huma ferm ’il bogħod mid-drittijiet li wieħed jistenna fil-pajjiżi tal-punent. Madankollu l-pajjiż huwa meravilja u tinħass ċertu armonija, anke jekk ir-relazzjonijiet politiċi u diplomatiċi bierda mal-pajjiżi ġirien, fosthom l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

F’inqas minn ġimgħa, it-tim tal-Formula 1 tal-Mercedes beda jipproduċi apparat mediku, li jgħin lill-pazjenti tal-Coronavirus jieħdu n-nifs. Dawn ħadmu mal-University College ta’ Londra biex jibnu dan l-apparat, li jgħin lill-pazjenti…

Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-koppja rjali, il-Prinċep Harry u martu Meghan Markle li marru  joqogħdu l-Istati Uniti mill-Kanada, iridu jħallsu huma għas-sigurtà u mhux il-Gvern Amerikan. Trump qal…

COVID-19

Fil-qalba ta’ Londra, belt b’popolazzjoni ta’ iktar minn disa’ miljun persuna, huwa rari li tara imqar triq waħda vojta. Madanakollu dan sar possibbli minħabba l-Coronavirus, waqt li jidher li n-numru…

COVID-19

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, estenda l-miżuri li ħabbar iktar kmieni dan ix-xahar, sal-aħħar tax-xahar id-dieħel. Dan hekk kif bħalissa l-Istati Uniti huwa l-iktar pajjiż li għandu każijiet ta’ Coronavirus…

Aktar