Barranin
Il-qattus ibassar katastrofi għall-Arġentina fit-Tazza tad-Dinja

Id-deni tat-Tazza tad-Dinja qed ikompli jiżdied hekk kif it-timijiet qed jilagħbu l-aħħar partita mill-ewwel fażi tal-gruppi.  Illejla l-partitissima bejn l-Arġentina u n-Niġerja, li se tixxandar dirett fuq TVM fit-8pm, hija kruċjali għat-tim Sud Amerikan ta’ Jorge Sampaoli.

Il-qattus Achilles li qed ibassar ir-riżultati tal-partiti tat-Tazza tad-Dinja mhux jindika li se joħorġu rebbieħa llejla l-Arġentini.  Dan għax il-famuż qattus Russu qed juri li se jirbħu n-Niġerja.  Dan ipoġġi lill-Arġentina f’baħar t’inkwiet jekk il-qattus jaqta’ r-riżultat kif diġà għamel s’issa.

Dan għax is-Sud Amerikani għandhom punt wieħed biss fi Grupp D l-istess daqs l-Iżlanda u b’hekk ikun ifisser li jgħaddu għall-fażi li jmiss il-Kroazja żgur għax s’issa kellhom żewġ rebħiet u magħhom in-Niġerja jekk jgħelbu lill-Arġentina.

Ara hawnhekk x’għamel il-qattus:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ nisa u żewġt itfal, fosthom tarbija, jidhru fuq filmat qed jinqatlu kiesaħ u biered fil-Kamerun minn irġiel lebsin uniformi ta’ suldati. Il-vittmi jidhru jinħarġu ‘l barra minn villaġġ, jiġu…

Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Barranin

Brett Kavanaugh, il-magħżul tal-President Amerikan Donald Trump għall-Qorti Suprema, qed jiffaċċja t-tieni allegazzjoni ta’ fastidju sesswali. L-allegazzjonijiet li saru minn żewġ nisa jmorru lura għas-snin tmenin, meta Kavanaugh kien għadu…

Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Aktar