Barranin
Il-qattus ta’ Karl Lagerfeld jista’ jiret mal-€172 miljun

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba.

Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena.

Waqt li d-dinja bkiet it-telfa ta’ Lagerfeld, l-attenzjoni issa daret ukoll fuq il-qattus li huwa wkoll ikona fl-industrija tal-moda.

Choupette għandu profil fuq l-Instagram ukoll u jsegwuh mal-120,000 ruħ.

Skont ġurnal Franċiż, Le Figaro, Choupette jista’ jiret mill-ġid ta’ sidu. Skont intervista li kien ta Lagerfeld, il-qattus huwa wieħed mill-werrieta tiegħu.

Huwa kien iħobbu ħafna lill-qattus tant li kif kien qal f’intervista li ta lil CNN fl-2013 kieku l-liġi tippermetti kien jiżżewġu.

Id-disinjatur tal-ħwejjeġ Ġermaniż kien imexxi l-kumpaniji tal-moda Chanel u Fendi u ta s-sehem tiegħu wkoll lill-kumpanija H&M.

Lagerfeld kien ilu bosta ġimgħat ma jiflaħx u tilef xi numru ta’ sfilati.

Ara wkoll:

Imut l-istilista Karl Lagerfeld

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Aktar