Kostruzzjoni
Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel

Trailer ta’ trakk li kien qed iħott il-bricks tal-konkos f’sit tal-kostruzzjoni fil-Qawra spiċċa biex għeleb fuq nuqqas ta’ ħsieb.

Persuna li kienet fuq il-post qalet lil TVM li min kien qed iqandel u jħott il-bricks ilbieraħ, fi Triq il-Bekkun spiċċa ġietu z-zalza ogħla mill-ħuta hekk kif għadd ta’ bricks spiċċa mal-art imkisser f’mitt biċċa.

It-trailer ma kellux riffieda biex joħloq il-kontrapiż u jevita l-inċident.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ u s-sitwazzjoni tranġat ladarba l-ħaddiema bdew iressqu u jħottu l-bqija tal-materjal.