Barranin
Il-qgħad fl-Istati Uniti jitla’ għal 6.7 miljun persuna

L-istatistika tal-qgħad fl-Istati Uniti qed turi li f’ġimgħa waħda kien hemm 6.65 miljun persuna jirreġistraw għax-xogħol.

Dan in-numru rdoppja minn ġimgħa ilu, fejn kien hemm 3.3 miljun jirreġistraw għall-benefiċċji tal-qgħad.

Mhux eskluż li n-numri jistgħu jkunu ogħla, hekk kif kien hemm bosta rapporti ta’ persuni li ma bediex jirnexxielhom jirreġistaw fuq l-internet, x’aktarx minħabba l-influss qawwi ta’ utenti.

Il-qgħad refa’ rasu hekk kif stati madwar il-pajjiż għalqu l-postijiet ta’ divertiment biex inaqqsu l-imxija tal-Covid-19, li diġà ħalliet ’il fuq minn 5,000 vittma fl-Istati Uniti.

Iż-żieda ta’ qgħad fl-Istati Uniti ssegwi dik ta’ Spanja, li telgħet għal 3.5 miljun persuna,

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Sidien ta’ ħanut tal-kafè li joffri spalla għal dawk li jkunu għaddejjin minn mard serju u esperjenzi trawmatiċi issa sabu wkoll min joffri spalla lilhom. Il-ħanut Jacob’s Brew – Pay…

Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

COVID-19

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa. Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot…

Aktar