Il-qlugħ tal-patata fl-aqwa tiegħu

Attività ewlenija fl-għelieqi bħalissa hi l-qlugħ tal-patata. Bdiewa li tkellmu ma’ tvm.com.mt qalu li din is-sena kellhom ibixxu aktar biex jilqgħu għall-mard minħabba l-kwantità ta’ xita li niżlet. Iltqajna ma Ġużeppi Farrugia, bidwi irtirat ta’ 86 sena mill-Qrendi li tul is-snin l-familja tiegħu kabbret tunellati ta’ patata li ntbagħtu barra.

Huwa kien fl-għelieqi tal-familja jsegwi minn distanza lil uliedu li komplew fuq il-passi tiegħu u f’dawn il-jiem jinsabu impenjati fil-qlugħ tal-patata tal-varjetà Alpha biex tiġi esportata lejn l-Olanda. Dan ix-xogħol jġib fi tmiemu aktar minn 4 xhur ta’ ħidma li jibda biż-żriegħ, ftit qabel il-Milied.

Ġużeppi jgħid li llum, minħabba l-mard jekk ma tbixx ma jkollok xejn. Differenza wkoll kif isir ix-xogħol, bl-għodod naqqsu t-tbatija. Fi tfulitu, l-patata kienet tinqala’ bil-furkettun. ‘Il fuq minn 50 sena ilu, Ġużeppi kien l-ewwel wieħed fil-Qrendi li xtara mutur biex bih jaqla’ l-patata. Imbagħad daħlu t-tractors b’tagħmir ieħor imqabbad magħhom li bih il-bdiewa evitaw ħafna tbatija.

Il-bdiewa Qrendin rabtu isimhom mat-tkabbir tal-patata fir-raba tagħhom, anke għaliex l-għelieqi hawnhekk huma kemmxejn aktar kennija minn bnadi oħra. Il-Ħadd li ġej, il-Kunsill Lokali tal-post se jiċċelebra ħidmet il-bdiewa bil-Festival Agrarju tal-Patata u għal darb’oħra għaddejja ħidma biex juri li l-patata tista’ tintuża f’għadd ta’ riċetti, fosthom il-ġelat.

It-tielet edizzjoni tal-festival ser isir fil-Gnien tal-Warda b’esebizzjoni ta’ varjetajiet ta’ patata, makkinarju li jintuża għaż-żriegħ u l-qlugħ tagħha u makkinarju mill-imgħoddi. Ser ikun hemm ukoll logħob marbut ma’ dan il-prodott, wirja ta’ vetturi antiki u għana tradizzjonali fost ħafna attivitajiet.

Kulmin se jżur il-Festival Agrarju tal-Patata se jkollu ċans li permezz ta’ fun train li se tkun qiegħda ddur mat-toroq tal-lokal, iżur it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra għal €2 biss.

Ġelat tal-patata
Ħaġar Qim
Car Show
Falkuni
Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar