Lokali
Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tordna li l-eredi tal-Markiż John Scicluna jingħataw €500,000 f’danni

L-eredi tal-Markiz John Scicluna ngħataw €500,000 f’danni mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’każ dwar l-akkwist ta’ proprjetà tal-Bank Nazzjonali mill-Istat.

Il-każ huwa dwar bini kummerċjali li jinsab fi Pjazza San Ġorġ u Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta.

Is-sidien tal-post oġġezzjonaw għall-akkwist u argumentaw li nkisru t-termini tal-ftehim tal-kera oriġinali li bihom kienet inkriet il-proprjetà fl-1958 għall-użu tal-Bank Scicluna, għal 10 snin b’kera annwali ta’ €963.

Aktar tard il-Bank Scicluna ngħaqad mal-Bank Nazzjonali ta’ Malta u l-kera ġiet imġedda skont il-liġi. Il-proprjetà ma setgħetx tiġi użata għal skopijiet oħra.
Għaldaqstant, meta l-Bank Nazzjonali għadda għand il-Gvern, is-sidien sostnew li nkisser il-kuntratt u fl-1989 fetħu proċeduri ċivili biex jerġgħu jiksbu l-pussess tal-proprjetà.

Għoxrin sena wara, il-Qorti tal-Appell sabet li l-kirja favur il-Bank kienet protetta sal-2028 u għalhekk ma setgħetx tiddeċiedi favur is-sidien.

Min-naħa tagħhom ir-rikorrenti talbu rimedju kostituzzjonali quddiem il-Qrati Maltin. Fi Frar tal-2016, il-Prim’Awla laqgħet it-talba tagħhom u ordnat lill-Istat iħallas €1 miljun bħala kumpens. Madankollu, erba’ xhur wara, fuq appell mill-Avukat Ġenerali, il-Qorti Kostituzzjonali naqset il-kumpens għal €25,000. Dwar l-iżgumbrament, il-Qorti qalet li ma kienx il-post fejn tiġi trattata dil-kwistjoni.

Dan wassal biex l-eredi fetħu każ quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li min-naħa tagħha kkonfermat il-ksur tad-drittijiet u nnottat li l-Qorti Kostituzzjonali naqset milli tieħu azzjoni sabiex tordna l-iżgumbrament tal-inkwilin. Hija ma qablitx mal-interpretazzjoni tal-Qrati Maltin dwar li impossibli li togħla l-kera.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet ukoll li l-kumpens mogħti mill-Qrati Maltin mhux xieraq u meta kkunsidrat kollox, il-Qorti kkonkludiet li nkissru d-drittijiet tagħhom u ordnat il-kumpens ta’ €500,000 u €16,000 fi spejjeż. Il-kumpens irid jingħata fi żmien tliet xhur.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Saħħa

L-Awtoritajiet Maltin qed iżommu fi kwarantina l-koppja Maltija li kienet abbord il-MS Westerdam li fuqu kien hemm każ suspettat ta’ coronavirus. Il-cruiseliner, li kien qed iġorr elfejn passiġier fosthom il-koppja…

Aktar