Unjoni Ewropea
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri teżamina l-immigrazzjoni

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri qed teżamina l-ġestjoni tal-migrazzjoni mill-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-awdituri se jivvalutaw jekk l-appoġġ li ngħata lill-Greċja u lill-Italja kisibx l-objettivi tiegħu u jekk il-proċeduri ta’ ażil u ta’ ritorn kinux effettivi.

L-awdituri ppubblikaw Previżjoni ta’ Awditu dwar il-Ġestjoni tal-Migrazzjoni mill-UE. Il-Previżjonijiet ta’ Awditu jipprovdu informazzjoni dwar kompitu tal-awditjar li jkun qed isir.

Leo Brincat, il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri responsabbli għall-awditu qal li l-isfidi relatati mal-migrazzjoni żvelaw dgħufijiet fil-politiki tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni kif ukoll fil-ġestjoni li twettaq tal-fruntieri esterni. Saħaq li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-qafas legali t-tajba għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Il-kriżi tal-migrazzjoni laħqet il-quċċata fl-2015, meta aktar minn miljun persuna ppruvaw jaslu fl-UE. Għalkemm naqas għal-livell ta’ qabel il-kriżi, l-għadd ta’ migranti lejn l-Unjoni għadu jlaħħaq l-għexieren ta’ eluf.

Fi stqarrija ntqal li l-Unjoni Ewropea  fasslet bosta miżuri biex timmaniġġja l-kriżi, inkluż l-istabbiliment ta’ “Hotspots” u l-introduzzjoni ta’ skemi ta’ rilokazzjoni, li oriġinarjament it-tnejn kienu intenzjonati li jkunu temporanji. Iż-żewġ miżuri se jkunu koperti mill-awditu. Skont l-approċċ Hotspot l-aġenziji tal-UE jassistu fuq il-post lill-Istati Membri l-aktar esposti, fl-identifikazzjoni, fir-reġistrazzjoni u fit-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-persuni li jaslu, sabiex jaċċertaw liema huma l-migranti li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-individwi. Hemm ħames hotspots fil-Ġreċja u ħamsa oħra fl-Italja.

Ir-rapport tal-awditjar huwa mistenni li jiġi ppubblikat din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-familji residenti fil-bini li ġġarraf il-lejl li għadda fi Gwardamanġa u l-ġirien tagħhom jinsabu ttrawmattizzati, li minħabba dak li ġara spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom. Huma esprimew rabja kbira għaliex qalu…

Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati. Illum, fil-Palazz tal-President,…

Aktar