Unjoni Ewropea
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma tistax tagħti dritt għall-abort – Dr Zammit

Il-Press Officer għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qal li din il-Qorti ma tista’ bl-ebda mod tagħti d-dritt għall-abort jew tobbliga lill-pajjiżi membri li jdaħħlu l-abort jekk l-istituzzjonijiet Ewropej ma jgħaddux liġi tal-abort bħala liġi tal-Unjoni Ewropea. Sal-lum l-abort jaqa’ fil-kompetenza tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Liġi Ewropea ma tagħrafx l-abort bħala dritt u sal-lum, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew irrifjutaw li jgħaddu l-abort bħala dritt fl-Istati Membri. Dr Jacques Rene’ Zammit li jaħdem bħala Press Officer fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qal lil TVM li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma tistax tiddikjara li l-abort hu dritt fundamentali la m’hemmx liġi tal-Unjoni dwar dan.

”Ir-rwol tal-Qorti fis-sistema istituzzjonali huwa li tinterpreta u tapplika l-liġi. Il-liġi li tkun għaddiet via l-istituzzjonijiet l-oħra jiġifieri l-Kummissjoni, il-Kunsill, u l-Parlament, il-proċeduri li bihom joħolqu l-liġijiet Ewropej. Sakemm ma jkunx hemm liġi f’dan ir-rigward, il-Qorti ma tistax toħloq drittijiet mill-arja. Jiġifieri, biex nitkellem ċar, sakemm ma jgħaddix liġi fl-Ewropa li b’xi mod tagħti d-dritt għall-abort u tobbliga lill-pajjiżi membri li jkun hemm dan id-dritt, il-Qorti ma tistax bl-ebda mod iddaħħal via s-sentenzi tagħha dan id-dritt.”

Dr Zammit tkellem f’Dar l-Ewropa dwar il-funzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li twaqfet fl-1952 biex tiżgura li jiġu osservati u applikati b’mod tajjeb il-ligijiet tal-Unjoni Ewropea fl-Istati Membri kollha. Dwar il-kwistjoni tal-abort, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu kellha diversi kawżi u għarfet li l-embrijun uman jistħoqqlu l-protezzjoni u r-rispett tad-dinjità umana minħabba li huwa fi stat li jiżviluppa f’persuna. Anke l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, dejjem irrifjutat li toħloq dritt għall-abort li jorbot legalment l-Istati Membri.

Dr Zammit qal li fuq kwistjonijiet oħra, il-Qorti tat sentenzi li saħħew l-integrazzjoni Ewropea u taw liċ-ċittadini drittijiet f’diversi oqsma fosthom tas-saħħa, iż-żgħażagħ, drittijiet tal-konsumaturi, drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u fl-isport. Dr Zammit spjega li bħala press officer responsabbli għal Malta, l-Ingilterra u l-Irlanda jrid jara li d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jitwasslu fil-pajjiżi membri b’lingwaġġ komuni sabiex iċ-ċittadini jkunu konxji tad-drittijiet u l-obbligi li għandhom fl-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Aktar