Lokali
Il-Qorti Ġenerali tal-UE tiċħad rikors ta’ John Dalli għal kumpens

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet rikors tal-ex Kummissarju Ewropew John Dalli, biex jingħata kumpens għad-dannu li allegatament sofra minħabba t-terminazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.

Il-Qorti Ġenerali Ewropea qalet li s-sur Dalli ma weriex li kien hemm aġir illegali tal-OLAF – l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi jew tal-Kummissjoni u ma pprovax li kien hemm rabta diretta bejn dak li allega s-sur Dalli u l-fatti kif ġraw. Is-sur Dalli kellu l-funzjonijiet tiegħu bħala Kummissarju Ewropew itterminati b’mod immedjat fis-16 ta’ Ottubru 2012.

Fl-2015, il-Qorti Ġenerali Ewropea kienet diġà ċaħdet rikors tas-Sur Dalli li kien talab li jiġi annullat it-terminazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu u talab kumpens ta’ ftit inqas minn €2 miljuni f’danni materjali. It-tieni kawża quddiem l-istess Qorti, tressqet mis-Sur Dalli biex jingħata kumpens għad-danni morali li sofra minħabba l-allegat aġir illegali tal-Kummissjoni inkluż l-OLAF, wara li l-funzjonijiet tiegħu ġew itterminati fl-2012.

B’kollox il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet is-seba’ lmenti li ressaq is-Sur Dalli fit-tieni kawża tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar