Barranin, Kurżitajiet
Il-Qorti ġġiegħlu jħallas lura lil ommu talli għallmitu l-iskola

Qorti fiċ-Ċina ġiegħlet raġel iħallas lil ommu iktar minn €800,000 bħala kumpens għall-miżati li kienet ħallsitlu biex jistudja d-dentistrija.

Il-mara kienet rabbiet liż-żewġ uliedha subien waħedha peress li kienet iddivorzjata, u għalkemm xtaqet tħallsilhom għall-edukazzjoni, kienet tinkwieta li ħadd minnhom mhu se jieħu ħsiebha fi xjuħitha.

Għalhekk, meta uliedha saru adulti, iffirmat kuntratt magħhom li bih obbligathom iħallsuha lura l-miżati tal-università meta jkunu ggradwaw u bdew jaħdmu.

Filwaqt li binha l-kbir laħaq ftehim magħha u ħallasha lura somma inqas, l-iben iż-żgħir webbes rasu u sostna li l-ġenituri huma obbligati li jmantu lil uliedhom. Qal ukoll li l-kuntratt ma jgħoddx għax meta ffirmah kien għadu żgħir.

Qal ukoll li wara li ggradwa kien ħadem snin sħaħ fil-klinika t’ommu, u kien għenha tagħmel flus iktar minn dak li kien obbligat lejha.

Madankollu l-Qorti kkunsidrat li meta ffirma l-kuntratt ir-raġel kellu 20 sena, u ddikjarat li l-kuntratt kien jorbot, u li jrid iħallas lil ommu bl-interessi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mat-tokki ta’ nofsinhar fl-Amerika sena ilu Donald Trump ġie maħtur President tal-Istati Uniti. Proprju sena ilu Donald Trump inħatar l-45 Presiden tal-Istati Uniti wara Barack Obama. Huwa rebaħ bl-għajta “Make…

Barranin

11-il persuna mietu u 46 indarbu wara li xarabank ħabat fiċ-ċentru tal-provinċja Eskisehir fit-Turkija. L-inċident seħħ waqt li x-xarabank kien qed isuq bil-lejl minn Ankara għal Uluday qrib Bursa. Jidher…

Barranin

Għalkemm hija ħaġa komuni li nieħdu xi puncture jew inkella jinżlilna t-tyre, din ix-xena mhix daqshekk komuni li narawha f’xi żjara Statali jew tal-Papa. Waqt li l-Papa Franġisku kien qed…

Barranin

Il-Gvern Amerikan beda x-shutdown federali wara li s-Senat ma għaddhiex il-Budget. Dan se jwassal biex il-ħaddiema fid-dipartimenti tal-Gvern joħorġu bil-leave. L-aħħar shudown tal-Gvern kien fl-2013 u dam 16-ġurnata. Madankollu din hija…

Aktar