Qorti
Il-Qorti mingħajr biżżejjed provi biex issibu ħati b’serq

Il-Qorti ma sabitx biżżejjed provi biex issib lil Mark Lawrence Rizzo ħati li seraq televiżjoni, 6 kompjuters, 8 monitors , laptop u docking station minn ħanut fil-Gżira.

Rizzo tressaq il-Qorti wara li ġie arrestat fuq akkużi li daħal f’stabbiliment privat u li seraq diversi oġġetti b’valur totali ta’ madwar €7,500, kif ikkonfermat minn sid il-kumpanija.

L-imputat kien diġà xellef difru mal-liġi, u ġie meħlus mill-arrest fl-2009 fuq garanzija personali ta’ €10,000 u kundizzjonijiet oħra fosthom li ma jikkommettix reat ieħor.

Skont ix-xhieda, Rizzo ġie mogħti ċ-ċavetta u l-kodiċi tal-istabbiliment minn Casey Borg, li kien impjegat tal-kumpanija. Borg ammetta fil-Qorti li kien seraq iċ-ċavetta u għaddiha lill-imputat biex jakkwista xi ħaġa tal-flus.

Rizzo nħeles mill-arrest wara li l-Qorti ma setgħetx issib biżżejjed provi li jinkriminawh hekk kif ma sar l-ebda sgass fl-istabbiliment, ma ġiet ippreżentata l-ebda irċevuta ta’ kemm kienu jiswew l-oġġetti misruqa u ma sabet l-ebda prova tal-identità tal-imputat.

Għalhekk, il-Qorti ċaħdet it-talba tal-Prosekuzzjoni għar-revoka tal-ħelsien mill-arrest iżda ordnat li Rizzo jitpoġġa taħt probation għal 18-il xahar u wissietu bil-konsegwenzi jekk iwettaq reat ieħor.

Il-Qorti ġiet ippreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli. Għall-imputat deheru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

Casey Borg tressaq il-Qorti fuq każ separat iżda relatat ma’ dan.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar