Lokali
Il-Qorti Maltija tqis il-parir ta’ avukati Ingliżi bħala attakk fuq is-sovranità ta’ Malta

Attakk fuq is-saltna tad-dritt f’Malta – l-Imħallef Silvio Meli

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Silvio Meli, sejħet il-parir tad-ditta legali Ingliża lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia bħala attakk fuq is-saltna tad-dritt f’Malta, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura Maltija.

L-Imħallef Meli qal dan fil-kawża tal-familja Caruana Galizia li qed jitolbu biex id-Deputat Kummissarju Silvo Valletta ma jkunx involut fl-investigazzjoni tal-qtil tal-ġurnalista għax huwa miżżewweġ lill-Ministru Justyne Caruana.

Doughty Street Chambers tgħid li l-investigazzjoni tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem

Id-ditta legali Ingliża qalet li l-investigazzjoni qed tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem fosthom minħabba s-sehem fiha tas-Sur Valletta.

L-Imħallef Meli sostna li Malta hija pajjiż indipendenti u sovran fl-Unjoni Ewropea daqs ħaddieħor. Qal li hu ma impressjonax ruħu bil-parir tad-ditta legali Ingliża. Huwa qal li din il-kawża qed tagħmel ħsara lil Malta.

L-Imħallef Meli stqarr li fil-passat huwa kien suġġett għall-kritika minn Daphne Caruana Galizia u għalhekk talab lill-partijiet jekk iriduhx jirrikuża ruħu mill-kawża.

Ma ntalbitx ir-rikuża tal-Imħallef Meli

L-Avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia u Eve Borg Costanzi għall-familja Caruana Galizia u Victoria Buttigieg għall-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u għas-Sur Valletta ma talbux ir-rikuża tal-Imħallef Meli.

L-Imħallef Meli appella liż-żewġ naħat biex isibu soluzzjoni amikevoli qabel mal-kawża tasal fl-istadju tal-ġbir tal-provi. Qal li jekk dan il-ftehim jintlaħaq, ikun qed jintbagħat messaġġ b’saħħtu li l-istituzzjonijiet f’Malta japplikaw is-saltna tad-dritt.

Il-familja ssostni li Silvio Valletta għandu jirtira mill-investigazzjoni – Dr Azzopardi

L-avukat Azzopardi qal li l-familja għadha ssostni li s-Sur Valletta għandu jirtira mill-investigazzjoni.

Il-kawża ġiet diferita għall-20 ta’ Diċembru sakemm ma tinstabx soluzzjoni qabel.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, it-Tlieta, 16 ta’ Jannar, 2018 The Times of Malta Fuq il-faċċata storja li tgħid li l-Vitals Global Healthcare se tieħu €80 miljun…

Lokali

Jintlaħaq qbil dwar il-ftehim kollettiv ġdid tal-piloti tal-Airmalta. Dan intqal fi tweet tal-Prim Ministru Joseph Muscat. TVM huwa infurmat li llum reġgħu ltaqgħu fil-Ministeru għat-Turiżmu rappreżentanti tal-Gvern, it-tim tan-negozjar tal-Air…

Lokali

Is-servizz Carer at Home qabad sew u m’għadux proġett pilota. Fl-aħħar sentejn, mal-mitejn familja bbenefikaw minn sussidju tal-Gvern. TVM ltaqa’ ma’ koppja anzjana li rat differenza f’ħajjitha mindu għandha l-għajnuna…

Lokali

TVM jinsab f’pożizzjoni jiżvela li għadhom kemm waslu Malta żewġ ajruplani wet lease, jiġifieri mikrija bl-ekwipaġġ abbord, bħala parti minn arranġamenti li l-Air Malta qed tagħmel għall-eventwalità li tittieħed xi…

Aktar