Barranin
Il-Qorti Suprema Amerikana ċaħdet talba biex tiskwalifika r-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali f’erba’ stati

Il-Qorti Suprema Amerikana ċaħdet talba biex tarmi r-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali f’erba’ stati Amerikani.

It-talba saret fl-istat ta’ Texas u biha l-Qorti ntalbet tiskwalifika r-riżultati f’Georgia, Michigan, Pennsylvania u Wisconsin.

Il-President elett Joe Biden rebaħ maġġoranza fl-erba’ stati li huma.

It-talba għamluha 18-il-avukat ġenerali u 106 membri Republikani tal-Kungress. Il-Qorti Suprema iżda ċaħdet it-talba.