Lokali
Il-Qorti Suprema Griega tiċħad it-talba għall-estradizzjoni ta’ Efimova lejn Malta

Fil-Greċja, il-Qorti Suprema kkonfermat is-sentenza li ċaħdet it-talba ta’ Malta biex Maria Efimova tiġi estradita lejn Malta biex tiffaċċja żewġ każi li għandha pendenti fil-Qorti, fosthom dwar frodi u akkużi foloz.

Efimova telqet minn Malta u naqset li tidher fil-Qorti, bil-Qorti Maltija titlob li tkun arresta. Eventwalment saret talba għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew biex tiġi estradita mill-Greċja fejn qed tgħix. Il-Qorti Griega qalet li l-każi li fuqhom hija mixlija Efimova mhumiex koperti mill-proċedura tal-mandat ta’ arrest Ewropew.

Efimova irrifjutat li tiġi Malta għax qalet li tibża għal ħajjitha wara li kienet waħda mill-persuni li allegatament għaddiet informazzjoni lil Daphne Caruana Galizia dwar tranżazzjonijiet finanzjarji fil-Bank Pilatus fejn kienet taħdem.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Emma Muscat se tkanta fl-Isle of MTV. Dan tħabbar fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Isle of MTV Malta. Emma kisbet suċċess kbir u serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha…

Lokali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u…

Lokali

L-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħa f’diversi siti tal-kostruzzjoni f’Tas Sliema, f’San Ġiljan u fil-Gżira kkonfermaw li f’60% tagħhom kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tal-bini. Dawn ingħataw ġimagħtejn biex jirregolarizzaw…

Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Aktar