Barranin
Il-Qorti Suprema Ingliża tgħid li l-liġi kontra l-abort ma tirrispettax id-drittijiet tal-bniedem

Il-Qorti Suprema tar-Renju Unit iddeċidiet li m’għandhiex ġurisdizzjoni biex tibdel il-liġi restrittiva tal-abort fl-Irlanda ta’ Fuq, madanakollu ddikjarat li din kienet waħda li tmur kontra d-dritt għal ħajja privata u familjari skont il-konvenzjoni Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem.

It-talba biex l-Iranda ta’ Fuq tiġi obbligata tibdel il-liġi tagħha kontra l-abort ma ntlaqgħetx mill-Qorti Suprema b’maġġoranza żgħira ta’ erbgħa kontra tlieta, għaliex kien deċiż li m’hemmx vittma speċifika jew reat involut fil-każ.

Erbgħa mis-sebgħa Imħallfin qalu li l-liġi kontra l-abort ma tirrispettax id-drittijiet tal-bniedem f’każijiet ta’ stupru, inċest u difett fatali fil-fetu, filwaqt li Imħallef oħra qablet biss fuq il-każ ta’ difetti fatali fil-fetu.

Minkejja li d-dikjarazzjoni mhix waħda formali għaliex it-talba ma ġietx milqugħa, xorta waħda żiedet il-pressjoni biex il-Gvern tal-Iralnda ta’ Fuq jirriforma l-liġi dwar l-abort.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Barranin

L-attriċi u direttriċi Taljana Asia Argento kienet waħda minn dawk li akkużat lil Harvey Weinstein li abbużaha. Hija kienet waħda min-nisa prominenti li mexxiet il-moviment #MeToo. Madankollu ftit xhur wara…

Barranin

Grupp ta’ anzjani mill-Korea t’Isfel waslu fil-Korea ta’ Fuq sabiex għall-ewwel darba jiltaqgħu mal-qraba tagħhom wara li kienu nfirdu waqt il-gwerra tal-Korea bejn l-1950 u l-1953. Din il-gwerra devastanti qasmet…

Mużika

Ir-Reverendu Jesse Jackson irrakkonta wieħed mill-aħħar mumenti li għex ma’ Aretha Franklin qabel ma mietet il-Ħamis illi għadda. Waqt servizz fil-knisja fejn għexet f’Detroit, Michigan, ir-Reverendu Jackson jiftakar li kienu…

Aktar