Barranin
Il-Qorti Suprema ta’ Spanja tirtira l-arrest għal Carles Puigdemont

Imħallef tal-Qorti Suprema fi Spanja rtira l-mandat t’arrest Ewropew għall-ex mexxej tal-Katalunja, Carles Puigdemont u erba’ membri tal-kabinett li ftit tal-ġimgħat ilu ħarbu lejn il-Belġju wara r-referendum dwar l-indipendenza tar-reġjun minn ma’ Spanja. Skont stqarrija maħruġa mill-Qorti, l-Imħallef Pablo Larena ntqal li l-ħames persuni riedu jieħdu sehem fl-elezzjoni reġjonali ta’ dan ix-xahar li l-kampanja għaliha bdiet f’nofsillejl li għadda.

L-Avukat ta’ Carles Puigdemont qal li b’din id-deċiżjoni, l-mandat t’arrest fi Spanja għadu fis-seħħ.

F’messaġġ li xxandar lill-attivisti tal-partit tiegħu, Carles Puigdemont wissa li hu se jirbaħ l-elezzjoni tal-21 ta’ Diċembru li ġej. Qal lill-attivisti li għandhom iħarsu lejn l-elezzjoni bħala t-tieni parti tar-referendum.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton normalment dejjem tadatta x’tilbes skont fejn tmur.  Iżda l-libsa li kellha fl-avveniment tal-bieraħ meta attendiet għall-unuri tal-aħjar films u programmi televiżivi fl-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala…

Barranin

F’Birmingham, żagħżugħ li rrikatta diversi vittmi vulnerabbli,fosthom tifla li kienet imġiegħla tiekol ikel tal-klieb u persuna mġiegħla tilgħaq is-sit tat-toilet, intbagħat 32 sena ħabs. Matthew Falder huwa deskrit wieħed mill-akbar…

Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Aktar