Barranin
Il-Qorti Suprema tiddeċiedi li l-assi ta’ Trump jistgħu jiġu eżaminati

Fl-Istati Uniti , il-Qorti Suprema ddeċidiet li l-assi finanzjarji tal-President Donald Trump jistgħu jkunu eżaminati iżda sostniet li f’każ ieħor l-informazzjoni ma tistax tingħata lill-Kungress.

Trump ma jridx li jippubblika l-ammont ta’ taxxa li ħallas bħalma kien jagħmel ta’ qablu għalhekk jinsab taħt pressjoni biex jippubblika l-assi tiegħu. L-avukati tiegħu qalu li sakemm huwa president tal-pajjiż igawdi minn immunita. Qed jingħad li l-Kungress għandu raġunijiet validi għala qed jesiġi li Trump jippubblika kemm ħallas taxxa.