Qorti
Il-Qorti tal-Appell tikkonferma li ma kienx fi stat ta’ ġenn meta qatel lis-sieħba tiegħu

Il-Qorti tal-appell ikkonfermat li Michael Emmanuel mill-Kosta tal-Avorju, fehem u kien konxju ta’ dak li qiegħed jagħmel meta f’Settembru ta’ sentejn ilu f’Raħal Ġdid qatel lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius billi fgaha.

Is-sena li għaddiet huwa kien għadda ġurin, wara li allega li kien fi stat ta’ ġenn. Fi tmiemu l-ġurati ddeċidew bi 8 tmien voti kontra wieħed, li Michael Emmanuel ma kienx fi stat ta’ ġenn meta allegatament qatel lis-sieħba tiegħu.

Il-Qorti tal-appell ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti, L-Imħallef Joseph Zammit Mckeon u l-Imħallef Edwina Grima nnutaw li ma ġie ppreżentat l-ebda ċertifikat mediku li fiż-żmien li ġara l-każ, Michael Emmanuel kellu problemi psikoloġiċi.

L-atti ntbagħtu lill-Qorti tal-Maġistrati biex tkompli l-kumpilazzjoni kontrih.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-ġurati jiddeċiedu li ma kienx fi stat ta’ ġenn meta qatel lis-sieħba

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar