Qorti
Il-Qorti tal-Appell tnaqqas is-sentenza ta’ ħabs sospiża lil Paul Sheehan

Il-Qorti tal-Appell naqset sentenza ta’ ħabs sospiża lil Paul Sheehan, fil-każ fejn Sheehan kien qed isuq karozza tal-Ex Ministru Manwel Mallia u kien involut f’inċident fejn spara żewġ tiri lejn Stephen Smith wara li dan tal-aħħar laqat il-karozza li kien qed isuq Sheehan.

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li fuq il-provi mressqa mhix konvinta li Sheehan kellu l-intenzjoni li jikkawża ħsara fiżika fuq Smith iżda li jwaqqaf il-vettura misjuqa minn Smith.