Qorti
Il-Kaptan tal-Lifeline jista’ jmur jara lil ommu

F’digriet mill-Magistrat Joe Mifsud, il-Qorti tat permess lill-kaptan tal-bastiment MV Lifeline Claus Peter Reich biex għal żmien definit jmur il-Ġermanja biex iżur lill-ommu ta’ 92 sena. Il-kaptan Reich se jitlaq minn Malta nhar it-Tnejn u jerġa’ lura fid-29 tax-xahar biex ikompli jinstema l-każ kontrih.

Il-Maġistrat Mifsud impona diversi kundizzjoniijet fuq il-Kaptan Reich fosthom li jiddepożita €5,000 fil-Qorti, liema flus jgħaddu għand il-Gvern Malti jekk tinkiser xi waħda mill-obbligazzjonijiet. Il-Kaptan kien ordnat li kif jasal lura Malta jirraporta lill-Prosekuzzjoni u lill-Qorti.

Il-Kaptan Reich jinsab akkużat li kien qed jidderieġi l-bastiment Lifeline li ġabar l-immigranti miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ tal-Libja bi ksur ta’ diversi liġijiet tat-tbaħħir fosthom fuq ir-reġistrazzjoni tal-vapur.

Fuq l-istess każ, il-Maġistrat Mifsud appella lill-midja biex fir-rappurtaġġ tagħmel differenza bejn dak li jingħad fl-Awla tal-Qorti u dak li jingħad fuq l-għatba tal-Qorti. Il-Magistrat Mifsud qal li kummenti li qed jinghadu barra m’għandhomx ikun rappurtati bħallikieku huma bħala fatti li fuqhom il-Qorti tiddeċiedi. Id-digriet jispjega li mhux minnu li kien hemm talba biex il-proċeduri fil-Qorti jsiru bl-Ingliż u lanqas huwa minnu li s-seduta dwar rikors li ressaq il-Kaptan Ġermaniż tħasret kif ġie rrapurtat f’xi sessjoni tal-midja.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Il-partitarji Carmelo Callus u Jason Callus tressqu l-Qorti akkużati li waqt logħba fl-istadium nazzjonali kissru l-paċi pubblika, ġabu ruħhom abbużivament u kienu vjolenti fil-konfront ta’ żewġ uffiċjali tal-Pulizija, b’wieħed minnhom…

Parlament

L-għafsa ta’ qalb tan-nanniet li huma mċaħda min-neputijiet minħabba sitwazzjonijiet familjari reġgħet tqajmet fil-Parlament waqt sessjoni speċjali li kienet iddedikata lin-nanniet. Tressqet ukoll petizzjoni biex isiru emendi fil-liġijiet li jissalvagwardjaw…

Infrastruttura

Il-proġett sar b’inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria li għalih kiseb ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-post ilu jservi ta’ spazju rikreattiv għat-tfal għal kważi ħamsin sena. Is-Sindku, Samuel Azzopardi, qal li…

Qorti

Raġel li kien qed isuq mutur bla liċenzja meta ntlaqat minn karozza, xorta waħda kien ikkumpensat għad-diżabbiltà li sofra kawża tal-inċident. Massimo Bonello ta’ 45 sena fetaħ kawża quddiem il-Qorti…

Aktar