Qorti
Il-Qorti terġa’ tiċħad il-ħelsien mill-arrest għal Yorgen Fenech

Il-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech, akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fost ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, il-Qorti semmiet li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, il-biża’ tal-intraċċ tal-provi u tbgħabis ta evidenza, li l-akkużat ma jidhirx li kien qed jaġixxi waħdu, il-biża’ li jaħrab mill-pajjiż u li jista’ jkun hemm persuni oħra li qed ikunu kkunsidrati bħala persuni ta’ interess għall-pulizija. Kompliet li l-apparat elettorniku li kellu Mlevin Theuma li ġie elevat mill-Pulizija għadu qed jiġi eżaminat u għad irid ikun preżentat fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra l-imputat.

Dr Montebello qalet li ċ-ċaħda tal-ħelsien mill-arrest ma tfissirx li l-prosekuzzjoni għandha twaqqaf l-investigazzjonijiet tagħha, anzi għandha tkun effiċjenti f’dawn l-investigazzjonijiet.

Ilbieraħ id-difiża għal Fenech argumentat li l-ħelsien mill-arrest huwa r-regola u mhux l-eċċezzjoni.

Fl-istess seduta, l-maġistrat Montebello irrifjutat talba li għamlet id-difiża b’rabta mal-allegat każ ta’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ Fenech lill-qorti kostituzzjonali. It-talba kienet dwar in-nuqqas ta’ aċċess għall-mobile ta’ Fenech lid-difiża, b’kuntrarju għall-proskuzzjoni u terzi li kellhom aċċess. Il-qorti ħatret lil Alvin Cardona bħala espert tekniku biex jagħmel kopji tar-recordings li ġew elevati mill-apparat ta’ Melvin Theuma li ġie kkonfiskat mill-esperti tal-Europol.

Il-Qorti ordnat biex iż-żewġ partijiet jiltaqgħu mal-espert tal-qorti biex jaraw liema materjal hu relevanti għall-każ.

Segwi hawn dak li seħħ ilbieraħ:

Qed jiġi investigat li allegatament ipprova jixtri l-velenu

Il-mara ta’ Yorgen Fenech għamlet rapport lill-pulizija wara li l-Ġimgħa rċeviet telefonata mill-mobile tiegħu